Lokali

Servizz tal-linja mibdul għal Beer Festival

Fi stqarrija il-Malta Public Transport ħabbret li s-servizz tal-linja lejn Ta’ Qali ser ikun mibdul sa’ għada u dan sabiex ikun hemm servizz aħjar għal dawk li jkunu qegħdin jattendu l-Farsons Great Beer Festival.

Ir-rotot 51, 52 u 53 b’hekk ser ikunu devjati sabiex jinqdew in-nies li jkunu qegħdin jattendu l-Beer Festival. Id-devjazzjoni iseħħ bejn it-tmienja u l-ħdax ta’ filgħaxija.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mingħand Malta Public Transport fuq in-numru 21222000