Żgħażugħ li kien qiegħed isuq rota-mutur spiċċa biex daħal fil-guard rail. Mad-daqqa huwa waqa’ fuq il-bankina. L-inċident seħħ fir-roundabout magħrufa bħala ‘Tas-Sufarini’ fil-Marsa.
Fuq il-post waslet ambulanza li tgħat l-ewwel assistenza. Is-sewwieq tar-rota baqa’ konxju għalkemm kellu xi problemi biex jiċċaqlaq. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Intant rapporti mhux konfermati qegħdin jgħidu li l-ewwel persuna li waqfet biex toffri l-għajnuna liż-żgħażugħ spiċċat misruqa hekk kif ħalliet il-karozza miftuħa.
//= $special ?>