Bħalissa fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa ta’ madwar Malta hemm għaddejjin azzjonijiet industrijali min-naħa tal-Podoloġisti, l-ispeċjalisti fil-qasam tas-saqajn.
Ir-raġuni li l-Podoloġisti għaddejjin bl-azzjonijiet industrijali hu għaliex kellhom jilħqu ftehim mal-gvern fuq l-ammont ta’ ħin tal-visti tal-pazjenti. Jirriżulta li l-Gvern kien ta’ direttiva lil dawn il-Podoloġisti biex kull vista ma tkunx itwal minn 15-il minuta. Dan bħala miżura biex l-ispeċjalisti jaraw aktar pazjenti u jonqsu l-waiting lists.
Min-naħa tagħhom l-ispeċjalisti qed jgħidu li din id-direttiva m’hix aċċettabbli għaliex tmur kontra l-kodiċi ta’ etika u l-prattika tagħhom.
MaltaRightNow.com ikkuntatja lis-Segretarju tat-Taqsima tas-Saħħa u Anzjani tal-UĦM, Gian Paul Gauci (filmat fuq) fejn qalilna li l-UĦM u l-gvern is-sena l-oħra laħqu qbil fuq riforma li se ttejjeb il-kundizzjoni tax-xogħol tal-podoloġisti u kif ukoll se tħares akter lill-pazjent. Gauci qal li għalhekk il-UHM u l-Ministeru tas-saħħa kienu ħarġu stqarrija konġunta fuq dan il-ftehim.
Madanakollu 3 ġimgħat ilu l-gvern mar lura minn kelmtu u qal li mhux se jħares il-qbil ta’ bejniethom. L-UĦM qal lil dan il-portal li minħabba dan kemm l-Union u kemm il-podoloġisti li hija tirrapreżenta jinsabu urtati. Huwa qalu li il-Gvern biex inaqqas l-waiting list għażel li jnaqqas il-ħin li suppost il-podoloġisti għandhom jgħatu lill-pazjent.
//= $special ?>

