Ħarsa lejn il-ġurnali llum, il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2015.
Il-mument b’rapport dwar id-dubji serji dwar il-legalità tat-tibdil fl-Electrogas u rappurtaġġ estensiv dwar l-irtirar tal-Gasol mill-proġett tal-power station tal-gass.
The Malta Independent on Sunday b’rapport ewlieni dwar il-mod kif il-managers tal-Bank of Valletta kellhom struzzjonijiet biex ma jagħtux informazzjoni lid-Diretturi tal-bank. Din il-gazzetta tgħid li din hija mossa bla preċedent li tikkonferma l-istat ta’ paniku li l-BOV jinsab fih.
The Sunday Times of Malta b’rapport dwar kif is-Segretarju Parlamentari ċaħad kunflitt ta’ interess fil-ftehim li kellu mal-Bank of Valletta u l-iskema ta’ irtirar kmieni vantaġġjuża li ngħata.
Maltatoday b’rapport dwar intimità dubjuża dwar ir-relazzjoni bejn il-familja tal-eks Aġent Kummissarju Ray Zammit u l-familja Gaffarena. Dan filwaqt li t-tifel tal-eks Aġent Kummissarju Ray Zammit, Daniel Zammit, kien qed jinvestiga qtil li fih is-suspettat ewlieni hu r-raġel t’oħt Marco Gaffarena.
Il-gazzetta Illum b’rapport dwar dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona li jgħid li qatt ma miss mad-droga. Rapport ieħor fl-istess gazzetta dwar kif Transport Malta tinsab bla sistema biex tagħti ċitazzjonijiet lill-vetturi barranin.
Kulħadd b’rapport dwar espropjazzjoni li saret fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
It-Torċa b’rapport dwar kif il-kontroversji fil-proġett tal-qalba tal-kapitali Għawdxija ma jagħrfux limiti.
//= $special ?>