Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama ikkonkluda ż-żjara ta’ jumejn fil-Kenja fejn, waqt diskors, faħħar lil dan il-pajjiż Afrikan filwaqt li wissa dwar l-isfidi tal-ġejjieni.
Obama sostna li l-Kenja avvanzat ħafna f’termini ekonomiċi u politiċi iżda wissa li l-korruzzjoni, it-terroriżmu u d-diżgwid etniku qed jitqiesu bħala theddida għall-futur tal-pajjiż.
Fl-istess ħin hu għamilha ċara li l-Kenjani jistgħu jibnu l-futur tagħhom f’pajjiżhom li wera progress kbir u li għad għandu potenzjal biex jiżviluppa. Iż-żjara ta’ Barack Obama fil-Kenja, li seħħet taħt sigurtà intensiva, hi l-ewwel żjara tiegħu bħala President fil-pajjiż Afrikan fejn kien twieled missieru.
//= $special ?>