Lokali

Jekk single ma tistax tikri sunbed waħda!

Jekk int single u sejjer tgħum l-Għadira u tkun se tmur tqatta’ ġurnata f’xi stabbiliment fl-inħawi li joffri s-servizz ta’ sunbeds, kun af li aktarx ikollok tħallas għal żewġ sunbeds, minflok sunbed waħda.

Persuna ilmentat għal fatt li ma tħallietx tikri u tħallas ta’ sunbed waħda minkejja li kienet weħidha… iżda qalulha li kellha tħallas ta’ żewġ sodod!

Il-persuna ilmentat fil-grupp ‘The Salott’ fuq Facebook, fejn hemm aktar minn 20,000 membru. Skont din il-persuna, il-każ seħħ l-Għadira u l-persuna kkonċernata saħqet li din l-attitudni kienet waħda diżappuntanti.

download