Fit-Turkija inqatlu talanqas żewġ suldati waqt attakk fuq konvoj militari li anki ħalliet numru ta’ militar midruba. Ħadd għadu ma ħa responsabbiltà għall-attakk inkwistjoni li twettaq b’karozza-bomba fil-belt ta’ Lice li tinsab fil-provinżja ta’ Diyarbakir lejn ix-xlokk ta’ dan il-pajjiż.
L-attakk seħħ ukoll wara li t-Turkija bbumbardjat il-kampijiet tas-separatisti Kurdi fit-Tramuntana tal-Iraq li kienet l-ewwel azzjoni ta’ dan it-tip mindu beda proċess għall-paċi fl-2012.
Il-grupp tar-ribelli Kurdi PKK, sadanittant, qed jhedded li jxolji mill-ftehim għall-waqfien mill-ġlied li ilu effettiv għal sentejn, bit-Turkija, bħalissa, tinsab għaddejja minn mewġa ta’ taqlib mindu, jiem ilu, aggressur suwiċida wettaq attakk bil-bomba fl-inħawi ta’ Suruc fejn mietu għexieren tan-nies, fil-parti kbira studenti universitarji li kienu qed jippjanaw ħidma ta’ kostruzzjoni fis-Sirja. L-awtoritajiet fit-Turkija qed iwaħħlu fl-ISIS għall-attakk f’Suruc.
Sadanittant, l-Istati Uniti qed tħeġġeġ biex l-awtoritajiet Torok u l-Kurdi jevitaw il-vjolenza, iżda enfasizzat li t-Turkija għandha d-dritt li tiddefendi lilha nnfisha kontra attakki mir-ribelli Kurdi.
//= $special ?>