Lokali

Jinstab kadavru ta’ mara f’Għawdex

Aġġornata

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha hekk kif instab kadavru f’Għawdex. Il-kadavru hu ta’ mara u nstab għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fil-Wied magħruf bħala ‘Tal-Kappuċini’, fil-limiti tar-Rabat Għawdex.

Malli l-Pulizija ġew infurmati bis-sejba marru mill-ewwel fuq il-post fejn hemmek ġie kkonfermat ir-rapport. Il-Pulizija qalet li l-istħarriġ sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ, inkluż x’seta’ wassal għall-mewt. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin ukoll sabiex tkun stabbilità l-identità tal-mara.

Apparti l-Pulizija tad-distrett, fuq il-post kellhom imorru wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom biex jiġi rkuprat il-kadavru.

Intant, bil-każ ġiet infurmata Maġistrat tal-Għassa li ħatret numru ta’ esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

kadavru4

kadavru 2

kadavru1