Internazzjonali

Ma jridux li r-Re tal-Arabja Sawdija joħdilhom bajja pubblika

Fi Franza ‘il fuq minn 100,000 persuna ffirmaw petizzjoni kontra l-għeluq ta’ bajja privata fir-Riviera Franċiża bl-iskop li r-Re Salman, tal-Arabja Sawdija, jqatta l-btajjel privati f’dik iz-zona.

Il-petizzjoni tinsisti biex il-bajja pubblika ta’ Vallauris titħalla miftuħa għall-benefiċċju ta’ kulħadd, bl-awtoritajiet, ilbieraħ, jagħlqu l-aċċessi għal din il-bajja biex ma jħallux id-dimostranti jokkupawha f’ħin meta r-Re Sawdi kellu jasal fl-inħawi.

Ir-Re Salman, li wasal f’Nizza ilbieraħ u li għandu miegħu grupp ta’ madwar 1,000 persuna, mistenni jqatta’ tlett ġimgħat fil-villa tiegħu, li tinsab bejn Antibes u Marsilja.

Ritratt: Id-dar tar-Re tal-Arabja Sawdija fiz-zona tal-bajja pubblika