Lokali

Malti jinqabad b’tonn illegali f’Pozzallo

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet f’Pozzallo raġel Malti ġie mwaqqaf mill-militar Taljan il-għalhiex dan ma preżentax il-karti meħtieġa u neċċesarji għall-ammont ta’ tonn li kellu fil-vann.  Huwa nstab li fil-vettura tiegħu kellu madwar 300 kilograma ħut tat-tonn mingħajr l-ebda forma ta’ reġistrazzjoni. Il-Malti twaqqaf eżatt x’ħin nieżel mill-katamaran HSC JEAN DE LA VALETTE.

Il-persuna weħlet multa ta’ €4,000, kif ukoll it-tonn ġie issekwestrat mill-bejgħ u għalhekk aktar tard ġie mogħti għall-karita wara studju apposta li għamel veterinarju fuq il-laħam tal-ħut.

Aktar tard il-Pulizija tat-Traffiku ta’ Ragusa, li ħadet f’idejha l-van, aċċertat in-nuqqas tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali fit-triq tal-vettura msemmija.

Il-Pulizija Taljana qalgħet li hi tagħmel dawn l-attivitajiet biex tipproteġi lis-sajjieda kummerċjali u negozjanti li joperaw fi ħdan il-liġi. Hija wkoll trid tkun ċerta li l-ikel li jkun qiegħed jixtri l-konsumatur, f’dan il-kas it-tonn, ikun frisk u tajjeb u li ma jkunx qiegħed jagħmel l-ebda ħsara lil min jixtrieh.