Numru ta’ uffiċjali tat-tifi tan-nar bħalissa għaddejjin b’ħidma biex jitfu nar qawwi li qabad fil-Bajja tal-Għadira, fil-Mellieħa.
In-nar infirex malajrqalb xi ħaxix salvaġġ ftit bogħod minn fejn isiru l-barbecues u qrib car park ta’ lukanda.
Dan is-sit hu nfurmat li karozza ġarrbet xi ħsarat minħabba dan in-nar imma fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’.
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates
//= $special ?>