Lokali

Tieqaf darbtejn f’temp ta’ ftit sigħat!

Karozza tal-linja fis-servizz bħalissa mal-Malta Public Transport waqfet bil-ħsara darbtejn f’temp ta’ ftit sigħat!

Il-paġna ta’ Facebook ‘Waqfet tal-Linja’ ppubblikat ritratti tal-karozza tal-linja bin-numru ta’ reġistrazzjoni 399, li jidher li f’temp ta’ ftit sigħat waqfet darbtejn.

Fost l-oħrajn, il-karozza tal-linja numru 399 waqfet bil-ħsara l-by-pass ta’ Birkirkara. Matul il-lejl, waqfet bil-ħsara wkoll qrib l-isptar Mater Dei, fejn hemmek għamlet madwar erba’ sigħat wieqfa.

Il-paġna ‘Waqfet tal-Linja’ qalet li meta waqfet qrib l-isptar Mater Dei, il-karozza tal-linja numru 399 kienet qed tinstaq fir-rotta 31 u l-karozza tal-linja waqfet bil-ħsara għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija, fejn baqgħet hekk sa’ wara l-10.30 ta’ billejl.

tallinja 1tallinja 2tallinja capture 2tallinja capture 1 good