Fil-Ġappun mietu talanqas tlett persuni meta ajruplan żgħir iġġarraf f’sobborg ta’ Tokjo, fejn ħadu n-nar numru ta’ djar u karozzi fis-sit tal-inċident. L-ajruplan, li seta’ jġorr ħames persuni, iġġarraf ftit wara li kien telaq mill-ajruport ta’ Chofu, f’Tokjo.
Mifhum li fl-inċident mietu żewġ persuni li kienu fuq l-ajruplan u mara residenti f’waħda mid-djar milquta. L-awtoritajiet għall-emerġenzi f’Tokjo anki kkonfermaw numru ta’ midruba b’konsegwenza tat-tiġrif.
//= $special ?>