Dalgħodu f’intervista ta’ madwar tlett kwarti fuq l-istazzjon tar-radju Laburista, il-Prim Ministru Joseph Muscat injora għal kollox il-fatt li l-akbar imsieħeb fil-konsorzju fdat bil-bini tal-power station il-ġdida, irtira mill-istess konsorzju.
Muscat fl-ebda ħin tal-intervista ma’ rrefera jew tkellem dwar il-mod kif Gasol – li kellha sehem ta’ tletin fil-mija fil-konsorzju tal-Electrogas – issa m’għadiex tifforma parti mill-konsorzju minħabba l-qagħda finanzjarja mwiegħra li tinsab fiha.
Huwa naqas milli jikkumenta fuq l-irtirar tal-Gasol mill-proġett tal-Powerstation tal-gass. Proġett li kien il-wegħda ewlenija tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista. Kien l-istess Muscat li rabat il-futur politiku tiegħu mat-twettiq ta’ dan il-proġett u li l-Power Station tinbena fiż żmien sentejn.
Intant, waqt l-intervista, tkellem dwar numru ta’ suġġetti oħra. Fost l-oħrajn hu nfexx f’attakk fil-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Obbligatorja u Bikrija George Pullicino.
F’għeluq l-intervent tiegħu Joseph Muscat jgħid li hija ċara li taħt il-Gvern Laburista is-settur tas-saħħa tjieb minkejja li l-esperjenza ta’ kuljum tan-nies turi xort’oħra. Fl-elezzjoni li għaddiet, Joseph Muscat ftaħar li l-Partit Laburista għandu road-map dettaljata dwar il-qasam tas-saħħa u qal “we will hit the ground running” hekk kif jitla’ fil-Gvern.
//= $special ?>