Lokali Qorti

Żewġ Rumeni l-Qorti akkużati b’serq

Żewġ persuni ta’ nazzjonalità Rumena llum tressqu l-qorti akkużati b’serq. Fost l-oħrajn, huma qed jiġu akkużati li serqu 17-il mobile u tablet matul l-aħħar xahar.

Fl-aħħar jiem, il-Pulizija rnexxiela taqbad filfatt lil Cezar Mihalache u lil Ionel Mihailovici ta’ 53 sena u 58 sena rispettivament waqt li dawn kienu qed jipprovaw jisirqu minn passiġġiera fuq karozza tal-linja.

Apparti miż-żewġ irġiel, tressqet ukoll Rumena ta’ 52 sena li ammettiet li żammet għandha propjetà misruqa. Il-mara ngħatat sentenza ta’ 13-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn filwaqt li ż-żewġ irġiel inżammu arrestati.