Lokali

Aġġornata: Għaqda Maltija tappella għall-introduzzjoni tal-abort f’Malta u l-Fondazzjoni LifeNetwork tappella biex niċċelebraw il-Ħajja

L-għaqda volonatrja Pro-Choice Malta sostniet fi stqarrija li l-pożizzjoni ta’ Malta fil-kuntest tal-aċċess tan-nisa għall-abort hu barra minn żmienu u li wasal iż-żmien li jibda dibattitu li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni tal-abort fil-pajjiż.

Pro-Choice sostniet li fl-Erwopa hemm 22 pajjiż minn 44 pajjiż li fih isir l-abort legali biex isalva l-ħajja tan-nisa iżda f’Malta għad mhux possibbli li jsir abort taħt kull ċirkostanz. Dan minbarra li Malta hi l-uniku pajjiż fejn m’hemmx liġi li ssalva ħajjet in-nisa f’kuntest ta’ abort. L-għaqda appellat biex il-liġijiet Maltin ikunu ikkunsidrati u jkun ikkunsidrat l-effett tal-liġijiet preżenti fuq il-ħajja u s-saħħa tan-nisa Maltin.

Filwaqt li sostniet li n-nisa Maltitn jagħmlu abort fl-Ingilterra, il-Pro-Choice staqsiet għaliex dawn m’għandhomx jitħallew iwettquh f’Malta. Irid ikun ikkunsidrat, sostniet il-Pro-Choce li l-abort illegali jpoġġi l-ħajja tan-nisa f’periklu li għalhekk in-nisa għandu jkollhom aċċess għall-proċeduri mediċi meħtieġa flimkien mal-appoġġ tal-familja u l-ħbieb.

Il-Pro-Choice sostniet li d-deċiżjoni li mara tagħmel abort hi deċiżjoni iebsa iżda n-nisa għandu jkollhom il-poter li jwettquh. L-għaqda sostniet bit-tqala hu l-ġisem tal-mara li jkun effettwat u li l-abort għandu jkun permessibbli.

Niċċelebraw il-Ħajja u mhux il-kultura tal-mewt – il-Fondazzjoni LifeNetwork

Fi stqarrija, il-Fondazzjoni LifeNetwork enfasizzat fuq il-valuri favur il-ħajja, li tibda mal-konċepiment u tintemm mal-mewt. Għaldaqstant, filawqt li sostniet li mingħajr ma tidħol f’kontroversji, il-Fondazzjoni appellat għar-raġuni.

Il-Fondazzjoni LifeNetwork stiednet lil kulħadd biex jiċċelebra l-Ħajja u mhux il-kultura tal-mewt, skont il-proposti li qed isiru bħalissa. Appellat għall-appoġġ billi wieħed iżur is-sit elettroniku jew il-Paġna tal-Facebook tal-Fondazzjoni.