Fil-ġimghat li għaddew l-Air Malta nediet servizz ġdid ta’ massaġġi waqt it-titjiriet tal-passiġġieri – naturalment fl-ispazju limitat tal-ajruplan.
Iżda dan is-servizz qajjem numru ta’ mistoqsijiet dwar kemm fil-verità hemm bżonn ta’ dan is-servizz, b’mod speċjali fuq linja nazzjonali tal-ajru, li bħalissa għaddejja minn proċess ta’ riformi biex issir sostenibbli. Iżda x’jirriżulta wara dan is-servizz?
Jirriżulta li l-Air Malta, biex topera dan is-servizz, għażlet il-kumpanija ta’ kandidat Laburista fuq żewg distretti fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Filfatt il-kumpanija magħzula hija Myoka Spa, il-kumpanija tal-kandidat Laburista Marion Mizzi. Fl-aħħar elezzjoni generali, Marion Mizzi kkontestat fuq it-tielet u l-ħames distrett.
Minħabba li dan il-ftehim bejn il-kumpanija tal-kandidat Laburista Marion Mizzi u l-Air Malta għadu mhux maghruf, dan is-sit bagħat numru ta’ mistoqsijiet lill-Air Malta biex jistabilixxi l-fatti wara dan il-ftehim li se jagħti esperjenza ġdida ta’ spa lill-passiġġieri fuq it-titjiriet tal-ajru.
Sakemm l-Air Malta twieġeb dawn il-mistqoisjiet, l-opinjoni pubblika tibqa tistaqsi kif mis-servizzi kollha madwar Malta, intgħazlet il-kumpanija ta’ kandidat Laburista?
Fl-istess waqt jitqajmu l-mistoqsijiet dwar kif kumpanija li għaddejja minn żmien diffiċli, fejn il-ħaddiema ntalbu jagħmlu s-sagrifiċċji u saħansitra l-passiġġieri bdew jingħataw bezzun u flixkun ilma waqt li baqgħu jħallsu l-istess prezz, iżda fl-istess waqt iċ-chairperson tal-Air Malta impjegat xufier magħha u issa nbeda s-servizz ta’ spa biex b’hekk kienet akkomodata kandidat Laburista.
//= $special ?>