L-eks Kummissarju Ewropew John Dalli ressaq appell fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja wara li l-Qorti Ewropea ċaħdet l-allegazzjoni ta’ Dalli li huwa kien tkeċċa inġustament u li ġie sfurzat jirriżenja.
Il-Qorti kienet ikkonkludiet li John Dalli kien irriżenja b’mod volontarju mill-kariga ta’ Kummissarju Ewropew waqt laqgħa ma’ Jose Manuel Barroso li dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħa kienet saret fis-16 ta’ Ottubru 2012 fid-dawl ta’ investigazzjonijiet li kienu qed isiru mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, l-OLAF, dwar laqgħat mhux uffiċjali li John Dalli kellu ma’ persuni fl-industrija tat-tabakk.
//= $special ?>