Mietu talanqas 20 persuna fi sparatura li nqalgħet waqt festin ta’ tieġ fil-provinċja ta’ Baghlan, lejn it-Tramuntana tal-pajjiż.
Fl-isptaratura indarbu numru ta’ nies, u qed jingħad li l-maġġoranza tal-mejtin kienu mistednin għat-tieġ li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 14 għal 60 sena.
Il-qawwiet tas-sigurtà Afgani waslu fl-inħawi tal-battalja ftit wara u hemm il-possibbiltà li l-ammont tal-mejtin jiżdied.
Skont ir-rapporti, il-battalja nqalgħet wara li kien spiċċa assassinat qarib ta’ uffiċjal tal-pulizija provinċjali. Ingħad li xi 400 persuna kienu attendew it-tieġ ta’ wieħed mill-ulied ta’ mullah lokali, u li fosthom kien hemm żewġ gruppi ta’ nies li huma ostili għal xulxin.
Il-provinċja ta’ Baghlan ilha żmien tbati l-vjolenza kkaġunata mill-militanti tat-Taliban. F’dawn l-inħawi jispikka anki t-taqlib relatat għall-ġlied u r-rivalità bejn il-gruppi kriminali lokali.
//= $special ?>