Lokali

Telqa fit-toilets ta’ San Vincenz de Paul

Diversi qraba ta’ pazjenti fir-residenza San Vincenz de Paul dalgħodu komplew jilmentaw minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni f’dan l-isptar, u telqa kbira partikolarment fit-toilets.

Persuna partikolari qaltilna li fis-sala San Ġużepp numru 10 hemm toilet li anke l-vit tal-ilma għandu imkisser (ara r-ritratt). Din mhix sitwazzjon aċċettabbli, qaltilna din il-persuna li xtaqet tibqa anonima.