Bobbi Kristina Brown, it-tifla tal-kantanta Whitney Houston, mietet kmieni dalgħodu. Hi kellha 22 sena.
Brown kienet ilha f’koma minn Jannar wara li instabet mitlufa minn sensiha f’banju. Madwar xahar ilu l-kundizzjoni tagħha kienet marret lura ħafna, u għalhekk ġiet rikoverata f’residenza ġewwa Duluth fl-Istat ta’ Georgia.
Omm Bobbi, Whitney Houston, kienet instabet mejta f’kamra ta’ lukanda f’Los Angeles fl-2012.
//= $special ?>