Lokali

Dannu kbir lil San Pawl il-Baħar

Il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar ġibed l-attenzjoni ta’ dawk li huma responsabbli mix-xogħol li qed isir fi Triq il-Kosta, dwar il-bosta diffikultajiet li nħolqu lbieraħ ghal dawk kollha li kellhom jitilqu jew jgħaddu minn San Pawl il-Baħar.

“Filwaqt li l-Kunsill jaghraf li x-xoghol ghandu jsir, ma jistax jaccetta li dan ix-xoghol jikkawza dannu kbir lil San Pawl il-Baħar, lil dawk li joqoghdu hawn, lil dawk li ghandhom in-negozju hawn, lil dawk li jghaddu minn hawn u lil dawk li jigu jzuruna kemm bħala ħaddiema, kif ukoll l-eluf ta’ turisti li jqattghu xi zmien f’din il-lokalita”.

Il-Kunsill sostna li l-qagħda tat-traffiku f’San Pawl il-Bahar kienet tal-biża’. “Minn kull fejn wiehed beda jipprova jghaddi beda jsib traffiku kbir ma wiċċu, bil-karozzi prattikament ma jiccaqalqux. Kulfejn wiehed beda jipprova jghaddi, kien hemm konġestjoni sħiħa, kaos u daqq ta’ ħornijiet”.

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl appella lill-awtoritajiet biex jieħdu l-passi necessarji halli din is-sitwazzjoni ma terġax tirrepeti ruħha. Huwa ċar li ma sarx dak kollu possibbli biex isir immaniggjar tajjeb tat-traffiku.

Il-Kunsill Lokali talab ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex iżid il-preżenza tal-Pulizija f’dawk l-inħawi l-aktar affetwati, u appella biex fil-futur ikun hemm konsultazzjoni mal-Kunsill sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dik tal-bieraħ.