Lokali Parlament Saħħa

Fil-muta dwar kemm nefaq f’safar

Il-Ministru għas-Saħħa u Enerġija Konrad Mizzi ma tax informazzjoni dwar l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa għal matul din is-sena.

Fil-Parlament, ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg, staqsiet kemm kienet in-nefqa f’safar minn Jannar ta’ din is-sena sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, u jagħti informazzjoni wkoll dwar min kienu l-persuni li siefru f’kull safra; minn min kienu akkumpanjati; u xkien l-iskop ta’ kull safra.

It-tweġiba tal-Ministru Mizzi aktar kmieni dan ix-xahar kienet biss li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.