In-NATO, bħalissa, tinsab għaddejja b’laqgħa ta’ emerġenza fi Brussell biex tiddiskuti l-kampanja militari tat-Turkija kontra l-ISIS u l-militanti Kurdi.
Is-Segretarju-Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, qal li l-Alleanza militari tal-Punent qed tappoġġja bis-sħiħ lit-Turkija kontra ‘l-azzjonijiet tat-terrur terribbli’ u l-instabbilità li qed tirrenja mal-fruntiera Torka tan-Nofsinar.
Għalkemm it-Turkija, sa ftit ilu, ma kenitx fuq quddiemnett fil-koalizzjoni li qed tmexxi l-Istati Uniti Uniti kontra l-ISIS, il-qawwiet Torok, f’dawn l-aħħar jiem, wettqu sensiela ta’ bumbardamenti fuq il-pożizzjonijiet tal-istess ISIS u l-ġellieda Kurdi tal-grupp PKK.
//= $special ?>