It-traffiku qawwi kkawżat mill-għeluq ta’ Triq il-Kosta, u s-sħana li kellhom jissaportu fiha x-xufiera dalgħodu wasslu wkoll għal numru ta’ inċidenti.
F’każ partikolari li seħħ fil-Għargħur, trakk laqat vettura li kienet ħierġa minn triq sekondarja. Kien hawn li s-sewwieq tal-vettura ħareġ mill-karozza tiegħu u mar għas-sewwieq tat-trakk fejn inqala’ argument jaħraq.
Persuni li nzertaw fil-post spjegaw lil dan is-sit li fil-vettura kien hemm anke’ tfal li assistew mhux biss għall-inċident imma wkoll għal dawn ix-xeni waqt l-argument.
Fortunatament jidher li ħadd ma’ weġġa’.
//= $special ?>

