Internazzjonali

Juża drone biex inemmes f’bajja tan-nudisti

In-nies li jiffrekwentaw waħda mill-aktar bajjiet popolari għan-nudisti fir-Renju Unit qed jinkwetaw li nemmies partikolari jista’ qed juża drone bl-iskop li ‘jispjuna fuqhom’.

Numru ta’ għawwiema għarwenin irrabjaw għall-preżenza tad-drone (li jaħdem bir-remote control) li kien qed itir madwar il-bajja famuża ta’ Studland, f’Dorset.

Huma jinkwetaw li d-drone kien armat b’kamera u li l-persuna li kienet qed tikkontrollah ( u li ma dehret imkien) irnexxielha tiġbed ir-ritratti tal-għawwiema għarwenin ħuta.

L-uffiċjali qed jinvestigaw dan il-każ u l-patrols żdiedu f’din il-bajja tan-nudisti f’każ li l-operatur tad-drone jiddeċiedi li jerġa’ ‘jittanta xortih’.