L-amministrazzjoni tal-Isptar t’Għawdex mhix infurmata li hemm xi ħaddiema tal-kostruzzjoni li qed jgħaddu minn qalb il-pazjenti waqt li jkun qed jingħata trattament lill-pazjenti.
Din id-dikjarazzjoni għamilha f’isem l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex il-Ministru Konrad Mizzi meta wieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said, li staqsa lill-Ministru jara li jkun hemm aktar indafa u jinqata’ t-trab mir-Renal Unit tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex; u li ħaddiema li qed jaħdmu fuq kostruzzjoni fil-qrib tal-Renal Unit ma jgħaddux minn qalb il-pazjenti waqt li jkunu jieħdu t-trattament.
Il-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija, Konrad Mizzi, wieġeb li l-indafa kontinwa f’zoni klinikali hi proċedura tal-operat tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u għalhekk qed jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinżamm dan il-livell ukoll fir-Renal Unit. L-amministrazzjoni tal-isptar mhix infurmata b’ħaddiema li qed jgħaddu minn qalb il-pazjenti.
//= $special ?>