Id-dmir tal-Oppożizzjoni mhux biss li tanalizza s-sitwazzjoni fil-preżent iżda wkoll li tfassal ideat għall-futur.
Dan jgħodd għal kull settur, mhux l-inqas fil-korpi dixxiplinati bħall-Pulizija ta’ Malta. Sostna dan il-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista u shadow minister għas-sigurta’ nazzjonali Beppe Fenech Adami waqt laqgħa mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija (MPA).
Għal dan il-għan, kompla Beppe Fenech Adami, il-PN qed jiltaqa’ ma diversi rappreżentanti tas-soċjeta’.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Assocjazzjoni, l-Ispettur Malcolm Bondin, qal li l-ikbar tama hi li l-vuċi tal-pulizija tinstema’.
Hu qal li din is-sena l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija għalqet 60 sena mit-twaqqif tagħha li kienu karatterizzati minn żminijiet tajbin u oħrajn inqas feliċi.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Immigrazzjoni Francis Zammit Dimech.
//= $special ?>