Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija appella għall-kalma u l-attenzjoni filwaqt li wissa’ biex ikunu evitati ż-żoni tax-Xemxija, il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, ir-roundabout tal-Erba Mwieżeb, it-Telgħa t’Alla u Ommu u l-inħawi.
Dan hekk kif l-għeluq ta’ Triq il-Kosta dalgħodu kkawżat diżastru sħiħ fit-traffiku tant li anke’ l-inħawi tal-madwar, fosthom it-Telgħa t’Alla u Ommu, lejn in-Naxxar, kif ukoll il-Qawra, fid-direzzjoni tal-bypass ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll numru ta’ toroq oħra fil-Mosta, in-Naxxar u Ħal-Lija jinsabu mblukkati totalment.
Qrib it-Torri ta’ Wignacourt, is-sewwieqa tant damu weqfin fl-istess post li tfew il-karozzi tagħhom u wħud minnhom saħansitra ħarġu mill-vetturi tagħhom.
F’xi każi, minn San Pawl il-Baħar sax-Xemxija s-sewwieqa qed jieħdu iktar minn siegħa u kwart.
Kawża tas-sitwazzjoni, intbagħtu numru ta’ uffiċjali tat-traffiku li madankollu ftit li xejn setgħu jagħmlu minħabba li kull triq fl-inħawi tinsab ippakkjata bil-karozzi.
//= $special ?>