Tifel ta’ erba’ snin qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li mara li kienet qed issuq vettura tinsab f’qagħda kritika. Dan wara inċident li seħħ waranofsinhar fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ fi Triq il-Belt Vallletta, iż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għal-ħabta tan-12:30pm meta għal xi raġuni karozza tat-tip Subaru u vann tat-tip Toyota ħabtu ma’ xulxin. Kawża tal-impatt qawwi, it-tifel u l-mara nqabdu f’waħda mill-karozzi.
Fuq il-post waslu numru ta’ Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza.
Il-mara u t-tifel kellhom jinħarġu mill-karozza wara li tqatta’ s-saqaf tal-vettura. L-ewwel ma nħareġ kien it-tifel u ttieħed l-isptar, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kellhom biċċa xogħol iktar diffiċli biex ħarġu l-omm minħabba li l-impatt seħħ fuq in-naħa tax-xufier.
Il-vann kien qed jinstaq minn żagħżugħ ta’ 22 sena u sofra ġrieħi ħfief kif ukoll xokk qawwi, tant li kellu jittieħed l-isptar Mater Dei.
//= $special ?>