Ir-riċivitur tal-premju ‘Kokka Branding’ din is-sena tiċċelebra it-30 anniversarju
Fl-20 ta’ Lulju 2015 L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istudenti tal-Liġi f’Malta (ELSA Malta) eleġġiet il-Bord Eżekuttiv għas-sena 2015/2016.
Nigel Micallef li kien qed jokkupa l-kariga ta’ Viċi President ta’ STEP (Student Trainee Echange Programme) fil-bord tas-sena li għaddiet, ġie elett bħala President filwaqt li Mario Frendo se jkun qed jimla l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali. Katya Gatt, li wkoll kienet tifforma parti mil-bord qadim, ġiet kkonfermata bħala Teżorier u Michaela Pace se tkun qed timli l-kariga ta’ Viċi President għall-‘Marketing’. Bernice Saliba se tkun qed tokkupa l-irwol ta’ Viċi President għall-Attivitajiet Akkademici filwaqt li l-kariga ta’ Viċi President għal Seminars u Konferenzi se tkun okkupata minn Rachel Genovese. Sean Xerri De Caro ġie elett bħala Viċi President għall-Moot Court Competitions u Michela Scerri bħala Viċi President għal STEP.
Dis-sena, il-bord appunta numru kbir ta’ Diretturi li kollha għandhom l-irwol speċifiku tagħhom fl-organiżżazzjoni. Francesca Hili ġiet appuntata bħala Direttur tal-Affarijiet Akademiċi filwaqt li Anna Sultana ġiet nominata bħala Direttur ta’ Reżorzi Umani. Julia Magri kienet appuntata bħala Direttur għal ‘Promotion’, Luca Balzan bħala Direttur għal ‘Sponsorships’ u Nick DeBono se jkollu l-irwol ta’ Dirrettur tal-Politika Soċjali u Legali. Maria DeBono u Calvin Calleja ġew appuntati bħala Direttur għal ‘Public Relations’ u Dirrettur għal ‘Internal Management’ rispettivament. Nicole Sultana ġiet nominata bħala Direttur għal Publikazzjonijiet Legali.
Il-Bord il-ġdid mad-Diretturi kollha diġa bdew jaħdmu fuq numru ta’ proġetti akademiċi kif ukoll soċjali għas-sena skolastika 2015-2016 fl-interess ta’ kull student tal-liġi. Dettalji dwar dawn il-proġetti se jkunu qed jitħabbru matul is-sena li tmiss li se tkun is-sena fejn ELSA Malta se tiċċelebra l-anniversarju ta’ tlettin sena bħala assoċjazzjoni f’Malta.
ELSA Malta, b’rispett sħiħ lejn ‘ELSA International’, hija assoċjazzjoni indipendenti, mhux politika u li ma tagħmilx profitt. L-għan ta’ ELSA Malta huwa li tippromwovi, tistabbilixxi u tiżviluppa ftehim reċiproku, kooperazzjoni u kuntatt personali bejn studenti tal-liġi u avukati żgħażagħ minn pajjiżi differenti bil-għan li tipprovdi lil dawn l-istudenti bl-aqwa għodda għall-ħajja professjonali f’ambjent internazzjonali.
Ftit xhur ilu, ELSA Malta rċiviet il-premju ta’ ‘’Kokka Branding’’ mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) waqt li ġiet innominata għal ‘’Kokka Organizazzjoni’’ li rebħet s-sena li għaddiet. Dis-sena, l-‘ICM’ (International Council Meeting) se jsir f’Malta fis-sena 2016 li se tkun il-ħamsa u tlettin sena anniversarju ta’ ELSA International.
//= $special ?>