Lokali

Ċiklisti jappellaw għall-attenzjoni minħabba l-proġett ta’ Triq il-Kosta

Il-‘Bicycling Advocacy Group Malta apellaw għal attenzjoni ikbar mis-sewwieqa Maltin fir-rigward ta’ ċiklisti li jkunu għaddejjin mir-rotot ta’ devjazzjoni hekk kif bħalissa hemm parti kbira minn Triq il-Kosta li tinsab magħluqa.

Is-sewwieqa tal-vetturi qed jiġu mħeġġa biex joqgħodu attenti u jsuqu b’veloċitajiet aktar baxxi, partikolarment meta jkunu qed jgħaddu minn toroq dojoq u b’ħafna tidwir sabiex ma jseħħx inċident f’każ li jiltaqgħu ħabta u sabta ma’ xi ċiklist.

Fl-istqarrija tal-Bicycling Advocavy Group Malta intqal ukoll li għandu jkun hemm pjan aħjar ta’ devjazzjonijiet għax bħalissa qed jintużaw rotot alternattivi li diġa kellhom problemi ta’ konġestjoni.