Id-DJ żagħżugħ Joel Caruana ma ngħatax il-liberta’ proviżorja u nżamm arrestat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin hekk kif illum tressaq quddiem il-Qorti b’akkużi li kellu x’jaqsam ma’ tfajla taħt l-eta’ u li sar riċediv wara li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża.
Dan hu l-iktar każ riċenti minn sensiela li dwarhom kien qed jiġi nvestigat Caruana, wara li fost l-oħrajn kien saħansitra ġie rrapurtat minn omm għax skont hi uża ritratt ta’ bintha mingħajr permess fuq poster ta’ party li organizza f’San Ġiljan.
Joel Caruana kien ġie akkużat ukoll minn tfajla taħt l-eta’ li allegat li talabha tidħol miegħu fl-uffiċċju tiegħu u saqsiha kemm trid flus biex ikollu x’jaqsam magħha. Imma meta rreżistiet, Joel insista u pprova jneżżahha, għalkemm hi tatu daqqa ta’ ħarta biex waqqfitu mill-avvanzi tiegħu.
DJ ieħor f’kumment li tefa’ fuq Facebook xhur ilu kien staqsa għaliex DJ Joel neħħa xi kummenti li kiteb u qal hekk: “Jaqaw xi ħadd minn fost sħabi għandu bżonn isir jaf xi ħaġa dwarek? Forsi li ddrugajtlu lil oħtu biex tieħu vantaġġ minnha?”
//= $special ?>