Sport

Ecclestone jiċħad l-ispkeulazzjonijiet

Il-Kap tal-Formula 1 Bernie Ecclestone ċaħad spekulazzjonijiet li r-Red Bull se jirtiraw mill-isport jekk kemm-il darba dawn ma jkunux kompetittivi. Wara erba’ snin ta’ dominju r-Red Bull, is-sena li għaddiet naqqsu milli jiddefendu t-titlu hekk kif iċ-champion Sebastian Vettel ma rebaħ l-ebda tellieqa u kien biss sieħbu Daniel Ricciardo li rebaħ tliet Grand Prix imma xorta waħda ma ċaħħadx lil Lewis Hamilton tal-Mercedes milli jirbaħ it-titlu. Fi tmiem l-istaġun Vettel ħalla lit-tim u ingħaqad mar-Red Bull u minfloku ingħaqad mat-tim Daniil Kvyat.

Din is-sena l-problemi tar-Red Bull komplew jikbru u fl-aħħar ġimgħat il-konsulent tal-motorsport Helmut Marko kien qal, ““Jekk ma jkollniex makni kompetittivi fil-futur qrib, allura jew l-Audi jidħlu magħna inkella aħna barra.”

F’kummenti li ta Ecclestone qal, “Ma nemminx li Dietrich Mateschitz (is-sid tar-Red Bull) se jirtira mill-Formula 1. Aktar nemmen li jagħmel dan waqt li jkun qed jirbaħ milli waqt li jkun qed jitlef. Nifhem is-sitwazzjoni ta’ Dietrich Mateschitz li jrid jirbaħ għax ikun qed jinvestia flus kbar imma ovvjament l-isport hu magħmul minn ċikli u li kieku dejjem jirbaħ l-istess tim il-kampjonat ikun wieħed monotonu,” qal Ecclestone.

Bħat-timijiet l-oħra kollha r-Red Bull għandhom kuntratt biex jikkompetu fil-F1 sal-2020. Huma għandhom ukoll kuntratt mar-Renault almenu sal-2016.

Intant, il-Kap tat-tim Christian Horner ukoll ċaħad spekulazzjonijiet li dan jista’ jitlef postu. Horner qal dan wara l-Grand Prix ta’ tmiem il-ġimgħa fl-Awstrija. Ffilwaqt li ikkonferma li bħalissa postu m’huwiex sikur qal ukoll li tkellem ma’ Mateschitz u flimkien se jagħmlu dak kollu possibbli biex isolvu l-problemi li hemm bħalissa fi ħdan it-tim.