Lokali

FILMAT : Joħroġ it-trailer tal-film miġbud f’Malta “13 hours”

Ixxandar għall-ewwel darba it-trailer tal-film miġbud f’Malta “13 hours”, film ta’ Paramount Pictures.

Dan il-film li d-direttur tiegħu hu Michael Bay, jitratta l-istorja ta’ sitt membri tas-sigurtà Amerikana li ppruvaw jidħlu fl-Ambaxxata Amerikana f’Bengażi biex isalvaw il-ħaddiema l-Amerikana fosthom anke l-ambaxxatur. L-ambaxxatur John Stevens fortunatament iżda kien tilef ħajtu fl-attakk terroristiku fis-sena 2012.

F’dan il-film meta kien qed jinġibed f’Malta kien inbena wkoll villaġġ fuq stil Libjan f’Ħ’Attard u fih ħadu sehem diversi atturi Maltin.