Hemm għadab kbir, mhux fiż-Żimbabwe biss imma madwar id-dinja wkoll, għall-qtil ta’ iljun magħruf bħala Cecil. Hu nqatel minn dentist Amerikan, Walter Palmer (xellug), li ħallas 50,000 dollaru biex jagħmel hekk.
L-iljun dam 40 siegħa biex miet.
Cecil kien wieħed mill-iljuni l-aktar popolari fil-kontinent Afrikan u kien jgħix fi Hwange National Park kif fost il-ftit li għad fadal, iżda Palmer u l-gwida li qabbad, rabtu annimal mejjet mal-vettura tagħhom biex l-iljun joħroġ mir-riserva u jinqatel b’qaws u vleġġa minn Palmer. L-iljun dam 40 siegħa biex miet.
Palmer issa mar lura l-Istati Uniti u qed igħid li ma kienx jaf li dan kien iljun importanti. Imma ritratti li kien poġġa fuq l-Internet juru passat ta’kaċċa għal annimali kbar fl-Afrika.
Walter Palmer b’annimali oħra li qatel tul is-snin