Lokali

Għal darb’ohra, traffiku staġnat fin-naha ta’ fuq ta’ Malta

Ibgħatilna r-ritratti jew filmati fuq editor@maltarightnow.com

Wara l-konfużjoni u t-traffiku staġnat li kien hemm ilbieraħ fiż-żoni ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, Għargħur, Burmarrad, Naxxar, Xemxija u aktar, dalgħodu qarrejja li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalulna li l-istess konfużjoni u staġnar qed jirrepeti ruħu.

Filfatt it-traffiku beda minn kmieni filgħodu, u persuni li tkellmu magħna qalulna li minħabba li lbieraħ waslu tard għax-xogħol, illum ħaseb ferm aktar kmieni, imma xorta kien wieqaf fit-traffiku.

Dan it-traffiku qed ikun ikkawżat minħabba l-mod xejn professjonali li bih Transport Malta qed twettaq ix-xogħol b’rabta ma’ Triq il-Kosta. Sewwieqa li tkellmu magħna kemm ilbieraħ, kif ukoll kmieni dalgħodu qalulna li huma tal-opinjoni li t-traffiku enormi huwa riżultat ta’ pjanar ħażin.

Aktar informazzjoni kif taslilna …