“Stop whining”, jew bil-Malti: ieqaf eqred. Kien dan kliem id-Deputat Laburista Luciano Busuttil fil-konfront ta’ kull min bħalissa qed igerger għad-diżastru fit-traffiku fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
Fuq Facebook, Luciano Busuttil qal li bħalissa kulħadd qed jattakka lill-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi u l-Gvern Laburista talli ngħalqet parti kbira minn Triq il-Kosta għal ġimgħa sħiħa. Id-Deputat Laburista staqsa fejn kienu dawn in-nies fil-passat u temm il-kumment tiegħu bil-kelmiet: “So please stop whining!”.
//= $special ?>