Il-buskers huma regolati minn regolamenti dwar il-liċenzji tal-kummerċ u l-liġi ma tiddistingwix bejn nies ta’ nazzjonalità Maltija jew barranija. Jekk persuna għandha permess biex taħdem Malta din tista’ tapplika bħala busker.
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo staqsa fil-Parlament lill-Ministru Chris Cardona jgħid x’azzjoni qed tittieħed biex buskers barranin ma jkomplux jokkupaw postijiet minn kmieni filgħodu u lanqas jaħdmu xogħol li suppost ikun tal-artiġjanat fil-post.
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar qal li l-liġi titlob li x-xogħol għandu jsir fuq il-post u li l-liċenzjat jipproduċi u jbigħ fuq il-post oġġetti tal-arti. L-infurzar tar-regolamenti jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Pulizija.
//= $special ?>