Lokali

Il-magni fil-parkeġġ ta’ Mater Dei ma jaħdmux… jispiċċaw f’kju fl-eqqel tax-xemx

Min ġie wara ma ħallasx

Il-magni tal-biljetti fil-parkeġġ fl-isptar Mater Dei llum waranofsinhar ma kienux qed jaħdmu. MaltaRightNow.com jinsab infurmat li l-magni kienu bil-ħsara għall-ħabta ta’ nofsinhar u fil-ħin ta’ wara.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit irrakkuntaw li l-uffiċjali tas-sigurta’ li kienu fil-post talbu lin-nies li kellhom immorru barra fil-kju biex iħallsu l-biljetti minn hemm. Bejn nofsinhar u s-siegħa, ix-xemx tkun fl-aqwa tagħha, madanakollu, peress li ma bdewx jaħdmu l-magni fil-parkeġġi, in-nies kellhom jikkjuwjaw għal ħin twil barra biex iħallsu l-biljetti tagħhom.

MaltaRightNow.com jinsab infurmat li anke l-anzjani tħallew fil-kju f’xemx tiżreġ, kif anke jidher fir-ritratt li ntbgħat lil MaltaRightNow.com

Apparti minn hekk, jirriżulta li wara ħin twil jistennew fix-xemx, infetħet il-‘barrier’ tal-parking u dawk li ma qagħdux fil-kju biex iħallsu, spiċċaw ħarġu mill-parkeġġ b’xejn u mingħajr ma ħallsu għal biljett.