Lokali

Is-sewwieqa qed ibatu minħabba l-inkompetenza tal-Gvern Laburista – Il-PN

Il-Gvern għandu jħejji pjan effettiv u fit-tul minflok ma jipprova jwettaq l-affarijiet b’sistema ta’ ‘management by crisis’.

Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija maħruġa mix-Shadow Minister għat-Trasport, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli u mix-Shadow Minister tal-Ekonomija Claudio Grech.

Fl-istqarrija, x-Shadow Ministers qalu li d-diżastru li bħalissa qed jesperjenzaw is-sewwieqa fit-toroq Maltin hu riżultat tal-inkompetenza grassa tal-Gvern Laburista li qed imexxi Joseph Muscat. Fost id-diżastru, fl-aħħar jiem, in-naħa ta’ fuq ta’ Malta spiċċat imwaħħla kompletament.

L-istqarrija tgħid li filwaqt li l-konġestjoni ma kinitx xi ħaġa li l-Gvern seta’ jara minn qabel, jirriżulta wkoll li s-sitwazzjoni qed tmur għall-agħar minn jum għall-ieħor, b’deċiżjonijiet min-naħa tal-amministrazzjoni li m’humiex qed jgħinu. Anzi, qed jagħmlu s-sitwazzjoni agħar.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu jagħti attenzjoni immedjata aktar milli jsib soluzzjonijiet u jmexxi b”management by crsis’.