Lokali

Is-sħana u t-traffiku jikkawżaw ġlieda ohra bejn sewwieqa fl-Imsida

Wara l-ġlieda li nqalgħet ilbieraħ fil-Għarghur bejn sewwieqa li kienu fit-traffiku kawża tax-xogħol fi Triq il-Kosta, dalgħodu nqalgħet ġlieda oħra fl-Imsida bejn sewwieqa.

Il-ġlieda seħħet ħdejn l-iskatepark, qrib l-Universita’ u fil-filmat li qed nippubblikaw hawnekk jidher grupp ta’ persuni nvoluti fil-ġlieda.

MaltaRightNow.com jinsab infurmat li wieħed mis-sewwieqa sofra xi ġrieħi f’wiċċu tant li kellu jmur l-poliklinika tal-Floriana. Madanakollu hemmek qalulu li ma setgħux idewwuh u talbuh imur il-poliklinika ta’ Bormla.

Ilbieraħ inqala’ argument fil-Għargħur fejn sewwieq ħareġ għal sewwieq ieħor.