Għawdex

Konferma li l-Gvern qed jitlob ħlas għas-servizzi tas-saħħa

Jumejn ilu x-Shadow Minister Nazzjonalista Chris Said għamel kumment fuq Facebook fejn indika li bdew jintalbu ħlasijiet mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan qajjem kjass sħiħ, bl-awtoritajiet jallegaw li dan ma kienx veru.

Iżda dan is-sit għandu f’idejh iswed fuq l-abjad id-deċiżjoni li ttieħdet – email li turi b’mod ċar illi f’Għawdex qed jintalab ħlas mill-pazjenti kollha għall-cuff and collar. Minn din l-email toħroġ l-ordni biex kull sling li jintużaw minn kull pazjent għandhom jiġu mħallsa.

Dalgħodu fuq Facebook, id-Deputat Chris Said sostna illi “issa tistgħu taraw min qed jigdeb”.