Tarbija ta’ 18-il xahar kienet salvata mill-għarqa f’inċident li seħħ f’Marsalforn, Għawdex, aktar kmieni waranofsinhar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30, meta tifel ta’ 10 snin salva tarbija milli tegħreq.
Jirriżulta li għal xi mumenti, it-tarbija waqgħet minn idejn il-persuna li kienet qed iżżommha peress li din sabet diffikulta’ hi u tiela’ s-sellum. Jidher li din il-persuna bdiet tgħajjat għall-għajnuna u kien dan l-għajjat li wassal biex tifel ta’ 10 snin ġera għal fuq il-post u salva lit-tarbija.
//= $special ?>