Sport

Tiraturi Maltin jilħqu l-MQS

It-tiraturi Maltin tat-Trap Brian Galea, George Mifud u James Galea Jr. kienu mpenjati fil-kampjonati Ewropej tal-isparar f’Maribor fis-Slovenja fejn kollha laħqu l-punteġġ tal-MQS tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isparar.

Brian Galea laqat 118/125 fejn beda b’24/25 fl-ewwel round, u mbagħad kompla bi 22 fit-tieni round u kellu tliet rounds oħra ta’ 24 għal total ta’ 118/125.

George Mifsud laqat 22, 21, 24,22 u 23 għal total ta’ 112/1125 waqt li James Galea Jr. laqat 21, 24,24,23u 20 għal total ta’ 1112/125

It-tliet tiraturi kienu assistiti minn Alessandro Nicotra Di San Giacomo, Frans Bugeja u Joe Galea.