Sport

Valletta jiksbu t-tielet rebħa fuq Exiles

Minn Steward Said

Valletta McDonalds………….11
Exiles Ferretti…………………..10

(2-4), (2-1), (1-2), (6-3)

B’rimonta tajba fl-aħħar sessjoni, Valletta McDonalds kisbu t-tielet rebħa fuq Exiles dan l-istaġun b’rebħa ta’ 11-10. Exiles għamlu partita sħiħa fil-vantaġġ iżda tilfu x-xogħol li għamlu fl-aħħar parti biex baqgħu fl-aħħar post bi tliet punti u ser tkun diffiċli biex jevitaw l-aħħar post meta jonqoshom żewġ partiti.

Kayne Lanzon poġġa lil Exiles fil-vantaġġ 3-1 minn fuq bi tripletta insolita b’Andrea Bianchi jżid ieħor sakemm gowl maħdum tajjeb mill-veteran Charlie Zammit naqqas il-marġni. Il-Beltin rebħu t-tieni sessjoni iżda baqgħu minn taħt b’distakk ta’ gowl.

Exiles reġgħu kabbru d-distakk għal żewġ gowls fit-tielet sessjoni iżda bl-iskor 7-5 Valletta bdew ir-rimonta tagħhom. Kienu Kiss, Galea, Filipovic u Paolella li skorjaw b’mod konsekuttiv biex Valletta marru 9-7 minn fuq. Cuk naqqas il-marġni b’Kiss jerġa’ jħalli żewġ gowls differenza bejn it-timijiet. Iżda Exiles irkupraw b’żewġ gowls minn Blary u Cuk sakemm Karl Galea skorja l-gowl deċiżiv nofs minuta mit-tmiem.

Valletta: R. Sciortino, O. Zammit, M. Rizzo (1), K. Galea (2), A. Agius, R. Mock (1), G. Kiss (2), N. Bonello Ghio, M. Cordina, C. Zammit (1), D. Paolella (1), D. Filipovic (3), D. Camilleri

Exiles: I. Bugeja, J. Rizzo Naudi, S. Vassallo, D. Pace Lupi, R. Blary (2), J. Spiteri Staines, S. Gravina, K. Griscti, D. Abela, A. Bianchi (2), M. Cuk (3), P. Paris, K. Lanzon (3)
Referees: Mario Dalli, Giuliana Nicolosi