AĠĠORNATA
Dalgħodu għall-ħabta tad-9:30am seħħ inċident fil-bypass ta’ Santa Venera fejn sewwieq ta’ vann ħelisha ħafif. Dan wara li tilef il-kontroll f’ħabta, u l-vann spiċċa kważi imdendel għal isfel.
Fil-ħabta kienet involuta ukoll vettura oħra li spiċċat daret fuq il-flyover fid-direzzjoni opposta. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi, għalkemm żewġ passiġġieri anzjani li kienu rekbin fil-vann kellhom jittieħdu l-isptar għall-osservazzjoni.
L-inċident ikkawża ammont kbir ta’ traffiku fiz-zona, b’uħud jgħidu li l-loġistika ta’ kif ġew iddevjati l-karozzi aktar ħolqot konġestjoni.
//= $special ?>