Lokali

Aġġornata: L-aħħar theżżiża kienet l-iktar b’saħħitha – 3.3 fuq l-Iskala Richter

Ftit tal-ħin ilu inħass il-ħames terremot f’ġurnata, u l-iktar waħda qawwija hekk kif kejlet 3.3 fuq l-Iskala Richter, skont il-Grupp ta’ Moniteraġġ u Riċerka Siżmika fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta. Jidher li dan l-aħħar terremot inħass f’diversi partijiet madwar Malta.

L-ewel terremot seħħ fis-12:42am u tkejjel 1.9, it-tieniterremot fis-15:41pm tkejjel 2.3, it-tielet terremot fit-17:13 tkejjel 2.6 u r-raba’ terremot fl-17:54 tkejjel 2.7 u kollha orriġinaw fil-Lbiċ ta’ Malta, l-eqreb għaż-Żurrieq.

Aktar kmieni ….

Fit-5:13-il minuta ta’ wara nofsinhar, persuni minn Birżebbuġa, Bengħajsa, iż-Żurrieq, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq ħassew theżżiża żgħira wara terremot li seħħ fuq il-baħar.

Dan it-terremot tkejjel 2.6 fuq l-iskala richter u seħħ viċin tal-kosta ta’ Malta.

Is-sit elettroniku tal-monitoraġġ siżmiku tal-Università ta’ Malta jindika li t-terremot fuq il-baħar, ‘il barra mil-limiti ta’ Birżebbuġa.

Aktar tard, f’diversi lokalitajiet ohra nħassew aftershocks ta’ dan it-terremot.

Aktar kmieni f’kummenti lill-mezzi tax-xandir Pauline Galea saħqet li bejn illum u ilbieraħ ġew irreġistrati sensiela ta’ teżżiżiet lejn in-Nofsinhar ta’ Malta , viċin il-kosta.

Pauline Galea kompliet li l-aktar terremot li nħass kien l-aħħar wieħed, li kien għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħaxija, li tkejjel 3.3 fuq l-iskala richter.

Pauline Galea ikkonkludiet li diffiċli tipprevedi jekk uwx se jkun hawn aktar teżżiżiet f’dawn il-jiem.

readings