Internazzjonali

Aktarx instabu fdalijiet tal-ajruplan tal-Malaysian Airlines

Investigaturi ntbagħtu lejn il-gżira ta’ Reunion fl-Oċean Indjan wara li fuq bajja nstabu bċejjeċ ta’ ajruplan u l-indikazzjonijiet huma li dan hu ta’ Boeing 777.
L-unika Boeing 777 li għeb fuq il-baħar hu l-ajruplan tal-Malaysian Airlines fuq Titjira MH370. Dan kien l-ajruplan li kien fuq titjira mill-Malasja lejn iċ-Ċina u għeb misterjożament f’Marzu tal-2014.