Ħaddiema fil-Port Ħieles kienu ordnati mill-General Workers’ Union biex ma jagħmlux xogħol fuq bastimenti magħrufa bħala Ro-Ro. Dawn l-azzjonijiet ġew ordnati minħabba nuqqas ta’ qbil fuq xi ħlasijiet, u ntemmu illum.
L-azzjonijiet tal-GWU kellhom riperkussjonijiet serji minħabba li kien hemm vapur li daħal fil-Freeport ilbieraħ, u kellu jmur lura minħabba li ħadd ma ħadem fuqu. U allura l-containers li sippost tniżżlu Malta, ma tniżżlux.
Kemm ilu li l-GWU ħadet ir-rikonoxximent bħala l-union ewlenija li tirrapreżenta l-ħaddiema tal-Freeport mhux l-ewwel darba li sar strajk.
L-azzjonijiet li kienu ilhom għaddejin mit-Tlieta ġew fi tmiemhom illum wara nofsinhar.
//= $special ?>